Il-Kura Pastorali

Bħala skola Karmelitana li tħaddan fiha l-valuri nsara, hu meħtieġ li minbarra l-formazzjoni edukattiva nipprovdu wkoll formazzjoni nisranija lill-istudenti u lill-komunità tal-Kulleġġ.

Għaldaqstant, fl-2022 twaqqaf it-tim tal-kura pastorali kkordinat mill-Ordained Chaplain P.Ivan Scicluna O.Carm., u l-Lay Chaplain is-Sur Francesco Callus. Il-ħidma ta’ dan il-grupp hu li jgħin fl-organizzazjoni ta’ bosta attivitajiet matul is-sena filwaqt li jara li l-komunità tal-Kulleġġ tkompli tissaħħaħ fl-ethos u l-valuri li jixprunaw il-ħidma edukattiva tagħna.

Bħala parti mit-timetable tal-istudenti, kull klassi jkollha sessjonijiet dwar formazzjoni nisranija kif ukoll il-quddiesa darba f’gimagħtejn. Għal dan l-għan, kull sena għandha l-qaddis/a u valur abbinat magħha b’tali mod li tul il-ħames snin li l-istudenti jagħmlu magħna jgħaddu minn vjaġġ ta’ għarfien kif ukoll tkun esperjenza spiritwali. Dan kollu hu msaħħaħ bil-bosta attivitajiet u esperjenzi differenti li bħala skola noffru lill-istudenti tagħna.

Fis-sena 2021 ġie mwaqqaf grupp bl-isem ta’ Connect li barra l-ħin tal-iskola joffri spazju sigur u san fejn l-istudenti jirriflettu iktar fil-fond il-Kelma t’Alla, iqattgħu mumenti ta’ talb flimkien u jipparteċipaw f’attivitajiet soċjali oħrajn, fosthom il-live ins tas-Sajf.